Glen Vella - Ħarsa Biss - Mużika Mużika (FKM) 2021 (Finali)

Glen Vella - Ħarsa Biss (Philip Vella / Joe Julian Farrugia) - Mużika Mużika (FKM) 2021 (Finali) - Copyright 2021 Festival Malta/Mużika Mużika/KulturaMalta/PBS Malta Limited/Authors. All Rights Reserved. Lirika - Ħarsa Biss . Se nħalli d-dawl mixgħul fittex itla’, l-ħin għaddej bla tħalli ’l ħadd jarak ftit ħin għalina t-tnej’ . Jekk ma tistax ibgħatli messaġġ nifhimha s-sitwazzjoni ipprova ċċaħħadnix, nibqa’ nistenniek... . Ħarsa biss u nkun tiegħek ittellagħni ’l fuq minn qiegħ l-art issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart ebda rabtiet ma jegħlbu tqanqilietna. Dak li tfisser għalija żgur li ħadd ma jifhmu ħlief jien qalbi tfawwar, fjamma li titħeġġeġ nirien qatt ma nkun jien daqs meta nkunu bejnietna. . Kull darba li tkun hawn ħeffa kbira kontra l-ħin jitwaħħdu n-nifsijiet suritna meħlusin . Fuq spallti nħoss xufftejk mixtiqin xewk xewk is-sensazzjoni idejk jiżżerżqu fuqi bħax-xemx fil-ksieħ... . Ħarsa biss u nkun tiegħek eċċ... . Ħarsa biss u nkun tiegħek ittellagħni ’l fuq minn qiegħ l-art issaħħa
Back to Top